search


keyboard_tab EIDAS 2014/0910 MT

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf

2014/0910 MT cercato: '   fejn' . Output generated live by software developed by IusOnDemand srl


just index    fejn:

    KAPITOLU I
    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    KAPITOLU II
    IDENTIFIKAZZJONI ELETTRONIKA

    KAPITOLU III
    SERVIZZI FIDUĊJARJI

    TAQSIMA 1
    Dispożizzjonijiet ġenerali

    TAQSIMA 2
    Superviżjoni

    TAQSIMA 3
    Fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

    TAQSIMA 4
    Firem elettroniċi

    TAQSIMA 5
    Siġilli elettroniċi

    TAQSIMA 6
    Timbri tal-ħin elettroniċi

    TAQSIMA 7
    Servizzi elettroniċi ta’ konsenja rreġistrati

    TAQSIMA 8
    Awtentikazzjoni ta’ sit elettroniku

    KAPITOLU IV
    DOKUMENTI ELETTRONIĊI

    KAPITOLU V
    DELEGA TA’ SETGĦA U DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

    KAPITOLU VI
    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI


whereas    fejn:


definitions:


cloud tag: and the number of total unique words without stopwords is: 370

 

Artikolu 10

Ksur tas-sigurtà

1.   fejn ikun hemm ksur jew tiġi kompromessa parzjalment l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata skont l-Artikolu 9(1) jew l-awtentikazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7 b’mod li jaffettwa l-affidabbiltà tal-awtentikazzjoni transkonfinali ta’ dik l-iskema, l-Istat Membru li jinnotifika għandu mingħajr dewmien, jissospendi jew jirrevoka dik l-awtentikazzjoni transkonfinali jew il-partijiet kompromessi konċernati, u għandu jinforma b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

2.   Meta jinstab rimedju għall-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jerġa’ jistabbilixxi l-awtentikazzjoni transkonfinali u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

3.   Jekk il-ksur jew il-kompromess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx rimedjat fi żmien tliet xhur mis-sospensjoni jew mir-revoka, l-Istat Membru li jinnotifika għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-irtirar tal-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-emendi korrispondenti għal-lista msemmija fl-Artikolu 9(2) mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 13

Responsabbiltà u oneru tal-provi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji għandhom ikunu responsabbli għal ħsara kkawżata intenzjonalment jew b’negliġenza lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba nuqqas ta’ konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament.

L-oneru tal-provi ta’ intenzjoni jew negliġenza ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji mhux kwalifikat għandu jkun fir-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-ħsara msemmija fl-ewwel subaragrafu.

L-intenzjoni jew in-negliġenza ta’ fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat għandha tkun preżunta għajr jekk dak il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat jagħti prova li l-ħsara msemmija fl-ewwel subparagrafu saret mingħajr l-intenzjoni jew in-negliġenza ta’ dak il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat.

2.   fejn il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jinformaw kif dovut lill-klijenti tagħhom minn qabel dwar il-limitazzjonijiet tal-użu tas-servizzi li huma jipprovdu u fejn dawk il-limitazzjonijiet ikunu rikonoxxibbli għall-partijiet terzi, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji ma għandhomx ikunu responsabbli għall-ħsarat li jirriżultaw mill-użu ta’ servizzi li jaqbżu l-limitazzjonijiet indikati.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw f’konformità mar-regoli nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.

Artikolu 18

Assistenza reċiproka

1.   Il-korpi superviżorji għandhom jikkooperaw, bil-għan li jiskambjaw prassi tajba.

Korp superviżorju għandu, fuq ir-riċeviment ta’ talba ġustifikata minn korp superviżorju ieħor, jipprovdi lil dak il-korp assistenza sabiex l-attivitajiet tal-korpi superviżorji jkunu jistgħu jitwettqu b’mod konsistenti. L-assistenza reċiproka tista’ tkopri, b’mod partikolari, talbiet għal informazzjoni u miżuri superviżorji, bħal talbiet biex jitwettqu spezzjonijiet relatati mar-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-konformità kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 21.

2.   Korp superviżorju li jirċievi talba għal assistenza jista’ jirrifjuta dik it-talba għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-korp superviżorju ma jkunx kompetenti biex jipprovdi l-assistenza mitluba;

(b)

l-assistenza mitluba ma tkunx proporzjonata mal-attivitajiet superviżorji tal-korp superviżorju mwettqa f’konformità mal-Artikolu 17;

(c)

l-għoti tal-assistenza mitluba ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.

3.   fejn adatt, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-korpi superviżorji rispettivi tagħhom biex iwettqu investigazzjonijiet konġunti li fihom ikun involut persunal minn korpi superviżorji ta’ Stati Membri oħra. L-arranġamenti u l-proċeduri għal tali azzjonijiet konġunti għandhom jiġu maqbula u stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

Artikolu 20

Superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati

1.   Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati għandhom jiġu awditjati, bi spejjeż għalihom tal-inqas kull 24 xahar minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità. L-għan tal-awditjar għandu jkun sabiex jiġi kkonfermat li fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu minnhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati għandhom jippreżentaw ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità li jirriżulta lill-korp superviżorju fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċivuh.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-korp superviżorju jista’ fi kwalunkwe ħin iwettaq awditu jew jitlob lil korp tal-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, bi spejjeż għal dawk il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji, biex jiġi kkonfermat li huma u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Fejn ikun jidher li kien hemm ksur tar-regoli tal-protezzjoni ta’ data personali, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data bir-riżultati tal-awditi tiegħu.

3.   fejn il-korp superviżorju jesiġi li l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat biex jirrimedja nuqqas milli jissodisfa r-rekwiżiti skont dan ir-Regolament u fejn dak il-fornitur ma jaġixxix kif adatt, u fejn applikabbli f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-korp superviżorju, il-korp superviżorju, filwaqt li jikkunsidra, b’mod partikolari, il-grad, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, jista’ jirtira l-istatus kwalifikat ta’ dak il-fornitur jew tas-servizz affettwat li huwa jipprovdi u jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-fini tal-aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1). Il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikat bl-irtirar tal-istatus kwalifikat tiegħu jew tal-istatus kwalifikat tas-servizz konċernat.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi numri ta’ referenza tal-istandards li ġejjin:

(a)

akkreditament tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

regoli tal-awditjar li skonthom il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità ser iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 21

introduzzjoni ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat

1.   fejn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji, mingħajr status kwalifikat, ikun biħsiebhom jibdew jipprovdu servizzi fiduċjarji kwalifikati, huma għandhom jippreżentaw lill-korp superviżorju notifika dwar l-intenzjoni tagħhom flimkien ma’ rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità maħruġ minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità.

2.   Il-korp superviżorju għandu jivverifika jekk il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji li huwa jipprovdi jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament, u b’mod partikolari mar-rekwiżiti għal fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu.

Jekk il-korp superviżorju jikkonkludi li l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji li huwa jipprovdi jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-korp superviżorju għandu jagħti status kwalifikat lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u lis-servizzi fiduċjarji li huwa jipprovdi u jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-fini tal-aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perijodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika.

3.   Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jistgħu jibdew jipprovdu servizzi fiduċjarji kwalifikati wara li l-istatus kwalifikat ikun ġie indikat fil-listi msemmija fl-Artikolu 22(1).

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-formati u l-proċeduri għall-fini tal-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).


whereas









keyboard_arrow_down